Raġel ta’ 20 sena mill-Etjopja, bl-isem ta’ Mohamud Ahmed Dahir u Somalu ta’ 20 sena bl-isem ta’ Albdinasir Farah Ali tressqu l-Qorti ta’ Għawdex akkużati li serqu vann mill-Munxar.
Fil-każ li seħħ ġimgħatejn ilu, kienu akkużati li saqu mingħajr liċenzja tas-sewqan u mingħajr assigurazzjoni.
Is-Somalu kien akkużat li saq il-vann mingħajr ma mexa mar-regolazzjonijiet tat-traffiku u li kkawża ħsarat lil vettura oħra tat-tip Alfa romeo.
L-Etjopjan kien akkużat li saq il-vann b’negliġenza u li kkawża ħsarat f’proprjetà fix-Xewkija.
L-akkużati rrispondew ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri, staqsa biex l-akkużati jiġu projbiti milli jsuqu jew li jiksbu liċenzja tas-sewqan għall-perjodu ta’ żmien.
Il-Maġistrat Joe Mifsud sab liż-żewġt irġiel ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom u filwaqt li kkunsidra li t-tnejn li huma kkoperaw mal-Pulizija u li ammettew mal-ewwel, hu tahom sentejn ħabs.
Huma ġew mitluba jħallsu multa ta’ €100 u ġew ipprojbiti milli jsuqu jew jiksbu liċenzja tas-sewqan għal dawn it-tmient ijiem.