Bħal-lum tliet snin, Malta ġiet allokata l-akbar ammont ta’ fondi Ewropej minn meta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea.
Dan ġie allokat wara numru ta’ jiem ta’ negozjati waqt Summit straordinarju tal-Kunsill Ewropew, fi Brussell, li għalih kien hemm preżenti l-Prim Ministru Robert Abela.
B’dak innegozzjat huwa d-doppju ta’ kemm kien ġie nnegozjat minn gvern Nazzjonalista.
Dawn il-fondi huma maqsumin primarjament fi tnejn. Dan hekk kif hemm il-fondi li ġejjin mill-budget Ewropew u l-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza.
Il-fondi li huma parti mill-budget Ewropew sal-2027 jammontaw għal €2.2 biljun. Bit-tnedija tal-programmi operattivi ta’ dawn il-fondi Ewropej sal-2027 saret f’Jannar li għadda, fil-preżenza tal-Kummissarju Ewropew Elisa Ferreira.
Fi kliem il-Prim Ministru Robert Abela, dawn il-fondi se jwasslu biex pajjiżna jkun aktar kompetittiv, isiru proġetti diġitali u favur l-ambjent.
Dan l-akbar ammont ta’ fondi Ewropej se jintużaw f’kull qasam ta’ pajjiżna, fosthom anki f’Għawdex, fis-saħħa, fl-edukazzjoni, fit-titjib tal-prodott turistiku, u fil-biedja u sajd.
Dan filwaqt li l-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza li ġej minn fondi Ewropej ġie mħabbar f’Malta fi żjara li għamlet il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, f’Settembru tal-2021.
Dakinhar, il-President tal-Kummissjoni Ewropea sejħet dan il-pjan bħala l-aktar pjan favur l-ambjent.
Fl-aħħar ġimgħat, ma’ dan il-pjan ġew allokati aktar fondi permezz tar-REPowerEU, pjan tal-Unjoni Ewropea minħabba l-kriżi tal-enerġija li għaddejja minnha l-pajjiżi Ewropej.
Dan se jwassal biex isiru aktar proġett fir-rinnovabli.