Għaddiet diġà sena minn meta t-tieqa tad-Dwejra ċediet.
F’għeluq is-sena, il-Ministeru għal Għawdex ħejja ġurnata b’attivitajiet edukattivi maħsuba għall-familja kollha.
Minbarra sessjonijiet t’informazzjoni għall-pubbliku, nhar il-Ħadd li ġej 11 ta’ Marzu, dejjem jekk it-temp jippermetti, se jittellgħu wkoll attivitajiet fuq il-baħar.Żona li għalkemm minn waħda majestuża b’tieqa li kienet rikonoxxuta internazzjonalment, spiċċat waħda li ħalliet vojt kbir, xorta waħda għandha ħafna x’toffri.
Jekk jippermetti t-temp se jkun hemm ukoll attivitajiet fuq il-baħar, abseiling u archery fost l-oħrajn.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nnotat kif bħal f’kull sitwazzjoni oħra, il-Gvern jinsab kommess li jibdel telfa f’opportunità.
Il-Gvern ħass li kellu jibda jwettaq l-impenn importanti tal-manifest elettorali tal-ħolqien tad-Dwejra Opportunity Fund li permezz tiegħu allura minn sfida, minn telfa, il-Gvern ried joħloq opportunità ta’ crowd funding biex inkunu nistgħu niffinanzjaw proġetti relatati mal-wirt kulturali.
L-abbozz ta’ liġi qed jiġi ffinalizzat biex fil-ġranet li ġejjin jitressaq fil-Parlament.
Id-Dwejra tiba’ mmarkata fil-memorja tagħna u nibqgħu ngawduha fil-films kbar li dehret fiha fosthom anke fis-sensiela popolari ta’ HBO, Game of Thrones.