23 ta’ Ġunju 1565. Bħal-lum 453 sena, Sant’Iermu jaqa’ f’idejn l-Ottomani. It-Torok daħlu qishom imġienen ġo din il-forti li damet 28 jum iżżomm sod mill-attakki bla ħniena tal-qawwiet Torok.
It-Torok tilfu ħafna ħin u anki nies fosthom lil Turgut Reis magħruf aħjar bħala Dragut.
Filfatt Dragut intlaqat minn dak mifhum bħala “friendly fire”, jiġifieri bi splinter, bi żball min-nies tiegħu stess. Huwa miet propju f’dan il-jum ukoll waqt li t-Torok daħlu jperpru l-bnadar ġewwa Sant’Iermu.
L-ebda Kavallier ma salva f’Sant’Iermu u madwar disa’ Maltin ħarbu imminentament hekk kif kienu deħlin it-Torok. Dawn qasmu l-Port il-Kbir bl-għawm u marru Sant’Anġlu.
Il-Granmastru De Valette, li kien qed isegwi kollox minn faċċata xorta ried jiċċelebra l-festa tal-patrun, San Ġwann il-Battista, li kienet taħbat l-għada.
Kienet kwistjoni tal-moral u l-aspett psikoloġiku li lagħab ukoll fattur importanti fis-sajf imdemmi tal-1565