Kien is-17 ta’ April 2010, eżatt bħal-lum għaxar snin meta l-Papa Benedittu XVI wasal hawn Malta. Din kienet it-tielet żjara ta’ Papa f’pajjiżna, hekk kif il-Papa Ġwanni Pawlu II kien żar pajjiżna fl-1990 u fl-2001.
Fiż-żjara tiegħu, il-Papa Benedittu XVI iltaqa’ mal-awtoritajiet fil-Palazz tal-President u wara żar il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat.
Jumejn wara, fl-aħħar jum tal-Papa f’pajjiżna huwa qaddes quddies quddiem eluf ta’ nies fuq il-Fosos tal-Furjana.
Fl-aħħar ta’ Mejju, pajjiżna kellu jilqa’ lill-Papa Franġisku iżda din ġiet posposta minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.
Hawn taħt tista’ tara siltiet miż-żjara tal-Papa Benedittu XVI, għaxar snin ilu.