Fl-antik, bħal-lum, kien isir is-suq tal-melħ fix-Xwejni.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, Xwejni Salt Pans Leli tal-Melħ, ġie spjegat kif in-nannu tagħhom, in-nannu Ġużepp, kien ikollu munzell ta’ melħ armat fuq ‘l-arma.’
Intqal kif proprju f’dan il-jum kienu jiġu l-burdnara bil-ħmir u l-karettuni biex jixtru l-melħ fejn għall-familji kienet ġurnata li jqattgħu flimkien ħdejn il-baħar.
Irrakkontaw kif l-ulied kienu jkunu qed jgħumu filwaqt li n-nisa jaħslu s-suf tan-nagħaġ għall-insiġ, u minn hemm iħejju l-ġewlaq mimli bil-ħobża u ż-żejt u biċċa bettieħa bnina.
Spjegaw kif sal-lum il-ġurnata huma għadhom jimxu mat-tradizzjoni, fejn komplew is-suq tal-melħ.