Il-5 ta’ Settembru tal-1800, bħal-lum 224 sena, l-Ingliżi bdew immexxu lil pajjiżna.
Dan wara li l-Maltin flimkien mal-Inġliżi rnexxielhom ikeċċu ’l barra lill-Franċiżi, wara sentejn ta’ imblokk. Bil-Franċiżi ssakkru fil-fortizzi u spiċċaw mingħajr provvisti bażiċi tal-ikel.
Fl-ewwel 13-il sena, l-Ingliżi ma kellhomx il-kontroll sħiħ tal-gżejjer Maltin. Ir-rwol tal-Ingliżi kien dak biss li jipproteġu lill-Maltin, f’każ ta’ xi attakk mill-Franċiżi.
Kellek Maltin li f’dan il-perjodu bdew jikkunsidraw li pajjiżna jkun indipendenti, iżda mbagħad fl-1813, Malta spiċċat taħt il-Gvern Brittaniku.
Bl-ewwel Gvernatur kien Sir Thomas Maitland, li fost l-oħrajn ħoloq il-Korp tal-Pulizija, li għadu magħna sal-lum il-ġurnata.
Wara li Malta ngħatat diversi kostituzzjonijiet, li ngħataw frott ir-reżiljenza tal-poplu Malti u Għawdxi.
Il-Maltin bdew jingħataw numru ta’ drittijiet, fosthom id-dritt tal-vot.
Wara l-irvellijiet tas-Sette Giugno, pajjiżna ngħata s-self-government u nfetaħ il-Parlament Malti fl-1921.
Imbagħad, Malta saret indipendenti fil-21 ta’ Settembru tal-1964, wara 164 sena ta’ ħakma Ingliża, li bdiet bħal-lum 224 sena.