Id-9 t’April mhuwiex ġurnata bħall-oħrajn għat-tim Taljan tal-Juventus. Propju f’dan il-jum 115 sena ilu t-tim tal-bianconeri rebħu l-ewwel kampjonat tagħhom magħruf aħjar bħala t-‘Targa Federale’ u kienet simbolu tas-suċċess.
Il-klabb kien tal-imprenditur Svediż Alfred Dick flimkien ma’ Domenico Donna u Luigi Forlano biex imbagħad ħadu l-klabb taħt idejhom il-familja Agnelli.
Ir-rebħa tal-kampjonat wasal mingħajr bżonn ta’ logħba u kien grazzi għal-logħba bejn Genio u US Milanese, li mbagħad ħadu l-isem ta’ Inter, bir-riżultat spiċċa 2-2.
Riżultat li bis-saħħa tiegħu l-Junventus spiċċaw rebbieħa b’sitt punti fuq il-Genoa.