Id-9 ta’ Marzu 2013, kienet ġurnata trankwilla, sħuna iżda bir-riħ jonfoħ primarjament min-Nofsinhar.
Politikament kienet ġurnata tensa, iddominata minn ħeġġa kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li wara li esprima fehmtu fl-akbar ġudizzju, dak ta’ elezzjoni ġenerali, ħareġ il-verdett.
Il-poplu għażel il-bidla u t-triq tal-progress. Il-Partit Laburista mmexxi minn Dr Joseph Muscat beda jimplimenta l-wegħdiet.
Minn Malta tagħna lkoll, għal Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna, għal Malta Flimkien. Ħdax-il sena ta’ twettiq ta’ miżuri u bidliet favur Malta u l-poplu Għawdxi u Malti.
Partit Laburista fil-Gvern li wettaq rivoluzzjoni soċjali biż-żidiet sena wara sena fil-pensjonijiet u ċ-children’s allowance. Il-persuni b’diżabilità bdew jingħataw aktar viżibilità bit-twettiq tal-pjan soċjetà ġusta. Minn eluf ta’ persuni jirreġistraw u l-qgħad jgħolli rasu, bdejt insaħħu s-settur tax-xogħol. Aktar nisa jikkontribwixxu fl-ekonomija.
Sal-lum, taħt l-amminsitrazzjoni Robert Abela, pajjiżna jibqa’ jirreġistra l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja.
L-ekonomija, u l-finanzi minn proċedura ta’ defiċit eċċessiv, irreġistrajna s-surplus u llum b’ekonomija b’saħħitha Gvern Laburista jibqa’ jsostni lin-nies u lin-negozji.
Bl-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija u jagħti wkoll stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel.
Fi ħdax-il sena żewġ patti soċjali importanti, darbtejn il-Gvern laħaq qbil mal-imsieħba soċjali u żied il-paga minima nazzjonali. Gvern Laburista li biddel lil Malta mhux biss bil-proġetti infrastrutturali iżda anki fil-mentalità tal-ħsieb.
Ta d-drittijiet ċivili li konna noħolmu biss taħt tmexxija konservattiva. Ir-riformi l-kbar f’setturi differenti jibqgħu għaddejjin kif jisħaq il-Mexxej Laburista Robert Abela, li jibqa’ jiġi sfidat l-istatus quo.
Bidliet u qabżiet li jmiss li jridu jsiru fil-qalba ambjentali. Ħdax-il sena ta’ bidliet.
Ħdax-il sena fejn Malta tibqa’ l-ewwel u qabel kollox u fejn stabbiliet ruħha anki fix-xena internazzjonali.
Vuċi kostanti favur il-paċi li tagħti stabbiltà u prosperità lill-familji.