Seba’ snin ilu, is-sindku tal-Mellieħa Dario Vella kien jinsab f’ħalq il-mewt.
F’kitba fuq il-midja soċjali, huwa qasam l-esperjenza tiegħu ta’ seba’ snin ilu, li għadda b’wiċċ il-ġid minnha grazzi għall-ħidma ta’ numru ta’ professjonisti, tobba, u infermiera.
“Illum għalkemm Dario Vella qed jgħix il-ħajja ta’ kuljum u għalkemm b’diżabilità, ma nistax ma nirringrazzjax lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-isptarijiet u fis-settur tas-saħħa. Ħafna drabi ma nifhmux l-impenn tagħhom u ngħidu biss li qed jagħtu servizz, però xogħolhom imur lil hinn minn hekk.”
Dario Vella kiteb li fit-tliet xhur li dam l-isptar, huwa għadda minn seba’ operazzjonijiet, li tnejn minnhom kienu ta’ tmien sigħat ’il waħda. Huwa ġie bżonn ukoll mas-seba’ boroż tad-demm.
Żied jgħid li qed jikteb dan kollu mhux biex in-nies jitħassruh imma għax jiddejjaq meta jidħol fuq il-midja soċjali u jara kritika kontra dawn il-professjonisti.
Qal li ħadd mhu perfett imma appella għal aktar apprezzament fil-konfront ta’ dawn il-ħaddiema.