Id-deputat Nazzjonlista Beppe Fenech Adami ddeċieda li jibqa’ marbut mas-siġġu taċ-chairman tal-Kumitat parlamentari tal-kontijiet pubbliċi.
Dan jumejn wara li l-Maltatoday żvelat sittin paġna ta’ emails skandalużi fejn ħareġ fil-beraħ kif kien hemm indħil dirett min-numru ta’ eks Ministri u Deputati Nazzjonalisti biex jiddaħħlu l-kostitwenti tagħhom fil-Wasteserv.
Fenech Adami ftaħar bir-rakkomandazzjonijiet li kien jagħmel biex jiddaħħlu n-nies fil-Wasteserv u ddikjara ċar daqs il-kristall li hu għandu l-barka tal-Kap Nazzjonalsita Adrian Delia.
Id-deputat Nazzjonalsita Beppe Fenech Adami żamm postu u għażel li ma jitlaqx minn chairman tal-Kumitat għall-kontijiet Pubbliċi li qed jinvestiga l-ingaġġ ta’ persuni fi ħdan il-Wastserv.
Dan jumejn wara li l-Maltatoday żvelat emails dwar kif fost l-oħrajn Beppe Fenech Adami għamel pressjoni biex fi żmien Gvern Nazzjonalista jiddaħħlu nies fil-kostitwenza tiegħu jaħdmu mal-Wasteserv.
Filfatt għalkemm kellu kull opportunitá biex iwieġeb għall-atti serji żvelati, Beppe Fenech Adami lanqas għal darba ma ċaħad li għamel pressjoni politika biex idaħħal in-nies irrakkomandati minnu fil-Wastserv.
Anzi ftaħar b’li għamel.
Ma taħsibx li hija pressjoni politika li inti bħala Ministru jew bħala Deputat Parlamentari tibgħat biex jiġi rakomandat individwu.” “Assolutament, jien naħseb li kollha kemm aħna nagħmluha u nagħmlu sew jekk hemm persuna kkwalifikata.
Viżibilment skomdu, Beppe Fenech Adami għażel li ma jitlaqx mill-Kumitat li se jinvestigah u minflok wera fil-beraħ il-frustrazzjoni tiegħu għaliex il-każ ġie żvelat fil-midja.
Wara li nfexx jattakka lill-ġurnalisti li żvelawlu l-emails li bagħat biex idaħħal in-nies li ried fil-Wasteserv flok bi proċess trasparenti minn dik li kienet l-ETC, Beppe Fenech Adami ġie mistoqsi għaliex qed jattakka lill-midja, bit-tweġiba tiegħu kienet surreali għall-aħħar.
Fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, jekk qatt kien hemm dubju, Beppe Fenech Adami iddikjara li għandu l-barka tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Jiena ġejt innominat min-naħa tal-Oppożizzjoni mmexxi minn Adrian Delia biex nichairja dan il-Kumitat, nistgħu ngħaddu għax-xhud.” “Adrian Delia ma jsibx oġġezzjoni jiġifieri.” “Meta ma jkunx kuntent ineħħini imma nista’ nassigurak li huwa kuntent. Iva Iva serraħ moħħok kuntent ħafna.
Sadanittant fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, ma’ Beppe Fenech Adami kien hemm ukoll id-deputati Claudio Grech u Jason Azzopardi.
Dawn it-tnejn ukoll isemmew b’mod prominenti fl-indħil dirett min-numru ta’ eks Ministri u Deputati Nazzjonalisti fejn permezz ta’ emails anke minn dawk privati ordnaw sabiex jiddaħħlu jew jiżdiedulhom is-sigħat il-kostitwenti tagħhom fil-Wasteserv.