L-għada li l-Partit Nazzjonalista ħareġ jgħid li ma jridx li jkun investigat mill-Kummissjoni Elettorali dwar skandlu PagiPN, il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami insista li ma jkunux ippubblikati l-invoices.
“Alla ħares,” qal Beppe Fenech Adami meta f’intervista ma’ The Malta Independent kien mistoqsi għaliex ma jkunux ippubbikati l-invoices ladarba qed jgħid li l-Partit Nazzjonalista ma kiser ebda liġi.
Fenech Adami kkonferma wkoll li l-Partit Nazzjonalista żamm eluf ta’ ewro f’donazzjonijiet. “Minn wara l-SMS tajtu l-flus lura?” kien mistoqsi u Beppe Fenech Adami wieġeb b’mod ċar: “LE”.