Il-produzzjoni tal-programm Pjazza stiednet lid-deputat nazzjonalista Toni Bezzina biex jieħu sehem fil-programm, li fost oħrajn se jiddiskuti l-applikazzjoni tiegħu f’ODZ u l-mod frodulenti li bih saret l-applikazzjoni.
Madanakollu, għat-tieni darba minn mindu faqqa’ l-każ, Toni Bezzina irrifjuta li jattendi . Minflok, id-Direttur reponsabbli mill-informazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, Matthew Bonnett, uża l-libell li fetaħ Toni Bezzina biex jevita li Bezzina jkun sottomess għad-domandi.
Il-fatt jibqa’ li biex jibdni f’art ODZ, Toni Bezzina ħoloq kamra li ma tidher imkien, u li qed jirrifjuta li jiddiskuti. Jibqa’ jtarrax ukoll is-skiet ta’ Simon Busuttil fuq il-każ.