Ċelebritajiet u nies li kienu jsegwu l-mużika tagħha, sellmu l-memorja ta’ Tina Turner, wara li tħabbret il-mewt tagħha fl-età ta’ 83 sena.
Beyoncè sejħitilha bħala xempju tal-passjoni u l-qawwa, u magħha ngħaqad Sir Mick Jagger u stilel tal-mużika oħra li sellmu l-legat mużikali li ħalliet Turner.
Mariah Carey u Oprah Winfrey ukoll sellmu l-memorja ta’ Turner u faħħruha għal kif irnexxielha tegħleb snin ta’ abbuż.
L-Obamas faħħruha talli “kantat il-verità tagħha permezz tal-ferħ u l-uġigħ”.
Magħhom ingħaqad il-President Amerikan Joe Biden, li nnota kif Turner bdiet ħajjitha bħala bint raħħal, u temmitha bħala talent uniku f’ġenerazzjoni.
Fl-aħħar snin, il-kantanta sofriet minn diversi problemi tas-saħħa.
Hija daħlet fix-xena tar-rock and roll u bdiet issir popolari fis-snin sittin.