Kummentatur u preżentatur Franċiż jinsab f’nofs kontroversja, wara episodju li ġara live fuq it-televiżjoni.
Jean-Michel Maire prova jbus mara żagħżugħa waqt li bdew taparsi jimmitaw dak li ġralha Kim Kardashian f’Pariġi. Il-mara rrifjutat li tbusu waqt din ir-reċta. Mingħajr ma ħasibha darbtejn, biesilha sidirha minflok.
Hawn skattat kritika fenomenali, bl-agrumenti jżeffnu fin-nofs lil Donald Trump. Għax jekk Trump għamel ħażin li ftaħar dwar l-avvanzi sesswali tiegħu fuq in-nisa, aħseb u ara dan il-Franċiż kemm aġixxa b’mod skorrett!
Daħlu aktar minn 250 rapport mar-regolatur Franċis tal-mezzi tax-xandir. Intant il-preżentatur qal li ra l-episodju mill-ġdid u qal li daħak meta rah. Cyril Hanouna, il-moħħ wara l-programm kollu, qal li ma ħasibx li l-episodju kien daqshekk serju.
Il-mara, żeffiena ta’ 21 sena bl-isem ta’ Soraya, qalet li tinsab ixxokjata u fakkret li hija bniedma umana u mhux oġġett.
https://www.youtube.com/watch?v=d9__leJrpco