Koppja lisbjana ngħataw kumpens ta’ $80,000 wara li kienu arrestati għax kienu qed jitbewsu.
Coutney Wilson u Taylor Guerrero kienu f’ħanut tal-ikel f’Honolulu, il-Hawaii, meta rahom Pulizija. Huwa firidhom meta rahom jitbewsu u wara li protestaw, spiċċaw arrestati għal tlett ijiem.
Il-kumpens lill-koppja minn Los Angeles kien ordnat mill-Qorti tal-Hawaii, iżda għad irid ikun approvat mill-Kunsill ta’ Honolulu. Kelliema għall-affarijiet legali tal-Kunsill qalet li jkun fl-interess tal-belt li jingħata l-kumpens.