Bernie Sanders – il-kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti, ħassar l-attivitajiet li kellu skedati marbuta mal-kampanja tiegħu, wara li kellu jiġi operat.
Fl-età ta’ 78 sena, Sanders iddaħħal l-isptar wara li ħass uġigħ f’sidru waqt attività li kellu f’Nevada.
Konsulent tiegħu qal li Sanders għandu bżonn il-mistrieħ fil-jiem li ġejjin, iżda qed jirkupra u jinsab fi spirtu tajjeb.
Fil-fatt ingħad li l-proċedura li kellu bżonn kienet waħda mill-inqas invażiva u minuri.
Madanakollu għadu mhux ċar meta Sanders se jkun tajjeb biżżejjed biex ikompli jikkampanja, u jekk din l-operazzjoni hux se taffettwa d-dibattitu mad-Demokratiċi fil-15 t’Ottubru li ġej.
Statistiċi juru lil Sanders fit-tielet post fit-tellieqa tad-Demokratiċi, wara s-Senatur ta’ Massachusetts Elizabeth Warren, u l-eks Viċi-President Joe Biden.
Ritratt: AFP