Is-Senatur Bernie Sanders temm il-kampanja tiegħu għall-President tal-Istati Uniti, biex b’hekk Joe Biden issa mistenni jkun in-nominat Demokratiku għal din it-tellieqa.
Jidher li Sanders, li għandu 78 sena, għarraf lit-tim tiegħu tal-kampanja b’din id-deċijoni f’konferenza online qabel ma ndirizza lill-partitarji tiegħu b’filmat.