Is-senatur Amerikan, Bernie Sanders qal li ser jerġa’ jikkontesta għall-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Dan ifisser li ser ikun qed jieħu t-tieni ċans li jirbaħ in-nominazzjoni tal-partit demokratiku.
Is-senatur ta’ 77 sena qal li beda r-revoluzzjoni politika bil-kampanja tal-2016 u issa jħoss li wasal iż-żmien biex din ir-rivoluzzjoni timxi ‘l quddiem.
Intant, bħala kritiku ta’ Trump, Sanders iddeskriva lill-president tal-Istati Uniti bħala razzist u giddieb kif ukoll perikoluż.