Nhar il-Ħadd li ġej 15 ta’ Marzu 2020 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet mill-Kampjonat Nazzjonali ‘Honda Motocross 2019/2020’. It-tiġrija issir fil-kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali u tibda 10:00 ta’ filgħodu. Din ser tkun ir-raba’ attività tal-istaġun.
F’Klassi A Kyle Camilleri fuq KTM qed jillidja l-klassifika b’147 punt segwit minn Bernard Sammut fuq Beta b’133 punt. Fit-tielet post bħalissa hemm Ryan Faenza fuq mutur Yamaha b’99 punt.
Fil-Klassi B naraw lir-Rider Għawdxi Jorn Stellini fuq mutur KTM b’150 punt segwit minn Michael Sant fuq Husqvarna b’110 punti. Fit-tielet post insibu lill Mark Attard fuq Yamaha b’88 punt.
Fil-Klassifika tal-Kampjonat Nazzjonali Veterani naraw lill Paul Deguara fuq KTM jillidja din il-klassifika b’147 punt segwit minn William Sant fuq mutur Honda b’135 punt u fit-tielet post hemm Andrew Cassar fuq mutur KTM bi 80 punt.
Intant il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni ogranizzat ir-raba’ attvità mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2019/2020 li saret fil-Barriera fil-Fawwara. Għal din l-attività rreġistraw 15-il kompetitur maqsuma f’erba’ klassijiet.
Il-kompetituri sabu korsa b’tul ta 3 kilometri li kienet ftit itwal minn dik tas-soltu. Matul il-kwalifikazzjoni Bernard Sammut fuq Beta u James Zahra fuq Sherco ddominaw il-klassifika ġenerali. Matul iż-żewġ Heats Sammut kompla jkabbar id-distakk fuq Zahra. Sammut spiċċa biex rebaħ il-ġurnata b’ħin ta 9 minuti 0.78 sekondi segwit minn Zahra b’ħin ta 9 minuti 32.73 sekondi. Fit-tielet post daħal Garry Debono fuq Sherco b’ħin ta’ 10 minuti 0:35 sekondi.
Mill-Klassi B rajna lill Rowen Bonello fuq mutur Beta jiddomina din il-klassi b’ħin ta’ 11 il-minuta u 24.33 sekondi segwit minn Kyle Stone fuq mutur KTM b’ħin ta’ 11 il-minuta 29.21 sekonda. It-tielet post intrebaħ minn Josef Von Brockdorff fuq mutur Beta b’ħin ta’ 11 il-minuta u 35.38 sekondi.
Il-Klassi C kienet mirbuħa minn Mario Gatt fuq mutur Honda b’ħin ta’ 13 il-minuta u 51.84 sekondi filwaqt li l-klassi D intrebħet minn Antonie Muscat fuq mutur KTM b’ħin ta’ 11 il-minuta u 59.14 sekondi.
Attivitaàoħra Enduro mistennija ssir il-Ħadd 26 ta April 2020 f’San Lawrenz, Għawdex bl-attività tibda 10:00 a.m.