Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech jaf li qed jigdeb għax il-Gvern Malti ilu xhur f’arbitraġġ internazzjonali ma’ Steward’s Healthcare u hemm qed jagħmel il-każ tiegħu fl-interess ta’ Malta.
Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Laburista, b’reazzjoni għall-intervista li kellu Grech fuq ir-radju tal-Knisja, is-Sibt filgħodu, fejn irrepeta l-gidba, li l-Prim Ministru Robert Abela ma jridx jiftaħ kawża kontra Steward.
Il-Partit Laburista nnota wkoll, li bl-istess mod qed jigdeb meta jgħid li ngħataw €400 miljun għal xejn, meta jaf li fl-isptarijiet Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, eluf ta’ pazjenti ġew ikkurati għal sena wara oħra.
Tant hu hekk li diġà kien spjegat kemm kien joħroġ flus għal dawn l-isptarijiet, u issa l-Gvern qed iħallas biex imexxi s-servizz hu.
Fl-istess ħin, fejn kien hemm nuqqasijiet qed jitlob danni fl-istess arbitraġġ internazzjonali.