L-eks Kap Nazzjonalista ma kellux deputati oħrajn jappoġġjawh fil-kawża li fetaħ fuq il-ftehim tat-tliet sptarijiet.
Delia kien waħdu fl-awla anki jekk fuq l-intervista online li xxandret nhar il-Ġimgħa li għadda, ma’ Reno Bugeja, Bernard Grech qal li kien se jattendi għas-seduta.
Bernard Grech ma żammx kelmtu u fil-fatt fil-jum tat-Tnejn, fl-awla ma deherx.
Intant fi tmiem is-seduta nzerta ħareġ Jason Azzopardi mill-Qorti u barra kien hemm grupp ta’ nies tal-fazzjoni Adrian Delia.
Kif ħareġ Jason Azzopardi spikka għajjat kontra Azzopardi li qiegħed il-Qorti ma’ Delia fuq allegazzjonijiet li saru.
Min-naħa l-oħra, xħin ħareġ Delia, spikka ċ-ċapċip minn dawk in-Nazzjonalisti ta’ favurih.
Jason Azzopardi kien fost l-ewlenin li ħadem biex tqaċċat Delia u minfloku laħaq Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Fi kliem Jason Azzopardi, Bernard Grech dejjem għandu raġun.