Bernard Grech ma jafx jispjega minn fejn ġab sittin elf ewro f’daqqa biex iħallas dak li evada għal snin twal f’income tax u VAT.
Hu kien inqabad jevadi t-taxxa eżatt kif kien se jsir Kap fl-2020 u mar iħallas sittin elf ewro f’daqqa.
Grech kien qal li l-flus ġabhom f’daqqa, għax tahomlu ibnu u ONE News reġa’ staqsih dwar dan biex jispjega ruħu aħjar, iżda mill-ewwel reġa’ deher skomdu ħafna.
Ġurnalista: “Insellimlek Dr Grech. Kif ġibt €60,000 biex tkun tista’ tħallas it-taxxa dovuta minnek?”
Grech: “Attenta għall-karozza ta.”Bernard Greach, Kap tal-PNREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iffaċċjat b’aktar mistoqsijiet dwar jekk tali flejjes tahomlux xi negozjant, Bernard Grech spiċċa ma ċaħadx kategorikament. Dan anke jekk saqsejnih sal-aħħar jiċħadx, imma, minflok, għażel li jaħrab.
Ġurnalista: “Gdibt meta għedt li tahomlok it-tifel, imma, il-flus?”
Bernard Greach, Kap tal-PN
Grech: “Hux nigdeb ma tarax.”
Ġurnalista: “U tiċħad li forsi tahomlok xi negozjant, jiġifieri t-tifel qed tgħid li tahomlok?”
Grech: “X’qed tivvintaw.”
Ġurnalist: “Tiċħad?”
Grech: “Qed tivvintaw.”
Ġurnalist: “Tiċħad?”
Grech: “Ara l-bieba. Qed tivvintaw.”
Ġurnalista: “Ma tiċħadx?”
U jitlaq bil-karozza
Bernard Grech anke qabel ħadha mal-ġurnalista tagħna dwar il-fatt minn fejn ġab dan l-ammont ta’ flus f’daqqa biex iħallas dak li suppost kien ilu dovut snin twal.
F’konferenza tal-aħbarijiet hu deher ħafna skomdu fuq l-evażjoni tat-taxxa tiegħu.
Ġurnalista: “Qed nistaqsik mistoqsija sempliċi ħafna. Minn fejn ġibthom il-flus?”
Bernard Grech, Kap tal-Oppożizzjoni 27/11/2024
Bernard Grech: “Jekk se tibqa’ titkellem waqt li qed nitkellem jien, hija nuqqas ta’ edukazzjoni u rispett.”