Il-gazzetta KullĦadd irrapportat kif fiż-żmien meta l-establishment Nazzjonalista kien għażel lil Bernard Grech biex iqattċu lil Adrian Delia minn Kap, Grech kien ħeba mill-establishment, il-fatt li għandu taxxi xi jħallas u li kien diġà nqabad mill-awtoritajiet.
F’dan il-perjodu, Bernard Grech kien ħallas €60,000 f’taxxi dovuti, wara snin jevita t-taxxa. Dawn ħallashom meta kien qed jikkontesta għal Kap Nazzjonalista.
Intqal li fil-politika, Grech kellu ambizzjoni waħda, dik li jsir Kap u ma kien se jħalli lil ħadd ifixkillu dan iċ-ċans.
Ingħad li Grech beża’ jgħid il-verità lill-establishment. Dan minkejja li m’għaddiex wisq żmien meta nkixfet l-istorja ta’ evażjoni ta’ taxxa minn Grech.
Intqal li kien ingħata parir biex iħallas minnufih dak dovut biex joqtol l-istorja.
Dan l-iskandlu kompla jqajjem dubji meta Grech qabad u ħallas l-ammont sħiħ u qal li għenu t-tifel. Intqal li fost l-establishment hemm min ma jemminx din l-istorja.
Intqal li f’laqgħat ġie nnotat aġir ta’ Grech li meta ffaċċjat b’verità li ma togħġbux, ibiddel id-diskors u ma jkunx komdu jiċħad b’mod kategoriku. Inkella meta jiġi dahru mal-ħajt, isib mezz kif ifittex jitlaq u jistaħba minn dik is-sitwazzjoni… li s’issa qatt ma ċaħadha.