Il-Kap Nazzjonalista stieden lil midja biex isegwu preżentazzjoni dwar it-turiżmu iżda fiha naqas milli jħalli lil midja jsaqsuh il-mistoqsijiet.
Fil-fatt il-ġurnalisti lanqas biss kienu mistiedna jagħmlu l-mistoqsijiet b’mod virtwali kif ġieli jiġri u minflok qal lill-midja biex tixgħel l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista jew issegwih fuq Facebook.
Fi preżentazzjoni li jingħad li fiha tmienja u sebgħin paġna, fil-fatt kien hemm disgħa u għoxrin paġna u ma hemm l-ebda costings.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma taħriġ għan-nies fis-settur turistiku, bħallikieku li mhux minn dejjem il-ħaddiema f’dan il-qasam kienu qed jitħarrġu.
Bernard Grech semma wkoll servizz ta’ fast ferry minn Għawdex għal Baħar iċ-Ċagħaq, post meqjus mhux ċentru ta’ popolazzjoni bħal ma huma postijiet oħra, bħall-Kottonera u l-Belt.