Bernard Grech spiċċa jgħid lill-elettorat li jekk irid ikun jaf id-dettalji dwar il-wegħdiet tiegħu, l-ewwel irid jagħtih il-fiduċja.
Dan f’diskors isteriku, diviżiv u li fih Bernard Grech tilef il-kontroll tiegħu nnifsu għal kollox.
F’diskorsu huwa spiċċa jgħid li mhux ser jgħid kollox lill-elettorat.
Grech qal, “Imma fejn huma dawn l-artijiet, imma għidulna, imma għidulna. Bħal dak li qalu li għadhom ma tagħlmux li aħna nagħmlu il-homework tagħna u intom taħsbu li ħa ngħidulkom kollox.”
Ħsiebu biss dwar is-siġġu tal-poter Bernard Grech tenna li l-Partit Nazzjonalista huwa lest biex jigverna.
Hu qal, “Dan il-partit huwa lest biex jiggverna.”
Fid-diskors li għamel fil-padiljun ta’ Kordin Bernard Grech qal li Gvern Laburista, li wieżen il-familji fl-isfidi, berbaq il-flus.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rrimarka, “U mela tberbaq il-flus daqs li kieku ma jispiċċaw qatt.”
Tul id-diskors tiegħu huwa tkellem kontra l-Partit Laburista u niesu.
Hu qal, “Ma fehmu xejn.”
Saħansitra spiċċa jgħid li l-Partit Laburista aħjar jirtira għax mhux ippreparat biex imexxi.
Grech qal, “Min mhux ippreparat inutli jqiegħed idejh fuq il-moħriet.”
Grech saħansitra spiċċa jipprova jiżżufjetta bil-manifest tal-Partit Laburista u bil-fatt li dan fih elf proposta sabiex iwittu t-triq għal futur sabiħ ta’ pajjiżna.
Hu qal, “Imma l-importanti li għandna n-numru elf. Wieħed, żero, żero, żero.”
F’diskors beda bid-daqq tal-innu li fih stieden lin-nies għas-siegħa tat-taqbid, huwa kompla jtenni kliem diviżiv.
B’diskors isteriku Bernard Grech deher li tilef il-kontroll għal kollox.
Grech irrimarka, “Il-aħwa x’żin. Eh, eh. U dak li jmexxih ma jilħaqx jagħmillu hekk jew hekk. Il-poter.”
Wara dan id-diskors huwa dar fuq dawk preżenti biex jiċċekja jekk ikkonvinċihomx.
Hu qal, “Għax int li qiegħed hawn, naħseb konvint hux hekk? Ħa nara konvinti? Konvinti.”
F’partijiet oħra tad-diskors huwa deher li mhux ċert fuq dak li qed jgħid u kontinwament qara d-diskors li ħejjewlu.
Huwa spiċċa jtenni li dakinhar tal-votazzjoni l-elettorat ser ikun waħdu mal-lapes.
Hu stqarr, “Int u l-lapes, fuq il-karta tal-vot ġewwa l-kamra tal-elezzjoni.”
F’mument minnhom Bernard Grech imbagħad infexx jixgħer u jistieden lin-nies iqumu minn hemm.
Grech qal, “Fis-sitta u għoxrin ta’ Marzu, qumu minn hemm u agħtu risposta.”
Fid-diskors li għamel Bernard Grech ammetta wkoll li għandu l-iżbalji fil-programm elettorali tiegħu.
Żbalji li madankollu huma ftit ikbar minn kif ipprova jgħaddihom hu.
Bernard Grech qal, “Għax ħadna żball ta’ xi comma, jew għax ma qbiżniex line bħal ta’ meta konna nagħmlu l-homework.”
Quddiem dawk preżenti huwa reġa’ sar il-wiċċ tal-passat.
Hu qal, “Hekk għamilna fl-1964, hekk għamilna fl-1981, hekk għamilna fl-1987, hekk għamilna fl-1998, hekk għamilna fis-sena 2003.”
Bernard Grech fakkar li dak li qed jaraw quddiemhom ikun qed jingħata t-tmexxija tal-pajjiż jekk fl-elezzjoni jirbaħ il-Partit Nazzjonalista.
Grech irrimarka, “Magħna what you see is what you get.”
AQRA WKOLL: