F’rally li għamel f’Tas-Sliema, fost għajjat u isteriżmu li spikka min-naħa tiegħu fil-kampanja elettorali, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech spjega li min ma jivvutax lill-Partit Nazzjonalista fis-26 ta’ Marzu li ġej huwa irrelevanti.
Qal, “Aħna daqsekk, aħna irrelevanti għaliex għażilna Partit Nazzjonalista.”
F’diskorsu Bernard Grech għażel il-konfrontazzjoni hekk kif għamel minn kollox biex jattakka lill-Prim Ministru Robert Abela.
Qal, “Għaliex int m’intix Robert Abela. Robert Abela u allura ngħidlek għal darb oħra u għal darba Robert Abela.”
F’ġimgħa fejn kien hemm żewġ dibattiti bejnu u l-Prim Ministru, Bernard Grech qal li Robert Abela qed jibża’ minnu.
Qal, “Ma tfaċċax għaliex jibża’ jiltaqa’ miegħi, ma tfaċċax għaliex jibża’ jiddibatti, ma tfaċċax għaliex jaf li għandu biss x’jitlef.”
U wara li qatta’ kważi d-diskors kollu jitkellem fuq il-Prim Ministru Robert Abela, Bernard Grech qal li mhux moħħu fil-Prim Ministru.
Dan għax skontu għandu biżżejjed x’jagħmel.
Qal, “M’inix moħħni fih, m’inix iffisat fuqu. Għandi biżżejjed x’nagħmel.”