Bernard Grech sfida artiklu fit-Times li kkoreġih fuq fatti żbaljati.
L-artiklu forma ta’ fact-checker kien indaga dikjarazzjoni ta’ Bernard Grech dwar numri marbuta mal-popolazzjoni.
Bernard Grech kien qal hekk fil-Parlament biex joħloq paniku u biża’.
Grech: “Kibret li bejn l-2013 u sa llum kważi rduppjat.”
Iżda l-fatti juru mod ieħor saħansitra minn ċifri uffiċjali tant li t-Times kien għamlet fact-checker li turi jekk l-aħbar hux vera jew le.
Fil-każ ta’ dak li qal Grech kien ċar li huwa kien qed iqarraq tant li qal hu huwa ferm ’il bogħod mill-verità u b’ittri kbar ħomor kitbulu ‘FALSE’.
Grech din ma niżlitlux tajjeb tant li attakka dan il-fact-check u ġimgħat wara reġa’ sfida xogħol il-midja waqt li kien fil-każin Nazzjonalista tal-Mellieħa.
Grech: “Min irid jagħmel xi fact check ieħor, nagħmlilkom sfida.”
Din mhux l-ewwel darba li Grech attakka rapporti tal-midja li qabduh jigdeb.
Fuq l-istess fact-check li sab li qal affarijiet foloz, barra l-Parlament kien diġà kasbar dan.
Grech: “U dak l-istatement se nibqa’ nirrepetih, minkejja l-Fact Check li għamlet it-Times.”
Bernard Grech ikollu diversi mistoqsijiet dwar il-pjan ekonomiku li għandu għal pajjiżna iżda hu jinfexx jitfa’ fuq ħaddieħor jew għax ma jifhmux jew għax għalih mhux veru li n-nies ma jafux il-pjan tiegħu.
Grech: “Mhux veru li ma tafux x’inhu l-pjan ekonomiku tagħna.”
Dan qalu anki jekk għall-ewwel darba, l-Oppożizzjoni lanqas ħejjiet pre-budget document wara l-fjask tas-sena l-oħra minn dak li kien il-kelliem tiegħu għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia, tant li spiċċa tilef il-finanzi mill-portafoll tiegħu fir-re-shuffle li għamel fix-Shadow Cabinet.
Grech kompla wkoll jirreferi għal programm elettorali tiegħu li għalih huwa l-pjan ekonomiku anki jekk il-poplu ma għażlux u li meta l-Partit Nazzjonalista ppreżentah, inbidel f’bosta verżjonijiet mingħajr ma kellu l-costings.