Il-gazzetta KullĦadd irrapportat li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech jinsab urtat li xi ħadd, suppost qrib iċ-ċirku tiegħu, spiċċa tkellem ma’ din il-gazzetta u żvela magħha l-Pre-Budget Document nofs kedda li beda jħejji.
Is-sorsi tal-gazzetta mid-Dar Ċentrali żvelaw li Bernard Grech ma jridx jippreżenta Pre-Budget Document u mistenni jressaq xi forma oħra, biex ma jidhirx li l-midja żvelatlu dokument li kien se jippreżenta b’tant pompa.
Il-KullĦadd irrapportat li l-MŻPN kien se jorganizza attività biex taparsi jistaqsi lin-nies x’jixtiequ jaraw f’dan id-dokument ta’ qabel il-baġit tal-Partit Nazzjonalista, anki jekk dan kien diġà nkiteb minn Ivan Bartolo tas-6pm.
Iżda mill-istamperija ħarġet ordni biex din l-attività titħassar u għaliha s-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino ma ta l-ebda raġuni. Bis-sorsi jgħidu li dan kollu kien imnebbaħ mil-leak ta’ dan id-dokument fil-gazzetta tal-Partit Laburista.
Ġimgħatejn ilu, il-KullĦadd żvelat partijiet minn dan id-dokument, bi professjonisti fl-ekonomija sostnew li dan hu tenttattiv imqanżaħ u nofs kedda.
L-istess KullĦadd kienet irrapportat li f’dan id-dokument kien hemm ħafna idejn, fosthom ta’ Jerome Caruana Cilia u Ivan Castillo, iżda l-aħħar kelma kienet ta’ Ivan Bartolo tas-6pm.