Id-deputat Nazzjonalista tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li kienet wara Bernard Grech biex isir Kap, Karol Aquilina ngħata kariga fil-grupp parlamentari Nazzjonalista.
Karol Aquilina li kien fost id-deputati li sfiduċja lil Adrian Delia u huwa wieħed mill-esponenti tal-għaqda Repubblika u l-Occupy Justice, issa se jkun is-Segretarju tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
Robert Cutajar kien ikkonfermat Whip tal-grupp parlamentari u Karl Gouder, ieħor mill-fazzjoni ta’ Busuttil inħatar deputat Whip.
Xahar u nofs wara li laħaq Kap, Bernard Grech għadu ma ħabbarx ix-shadow cabinet tiegħu, b’Adrian Delia ma jridx li jkollu portafoll.