Bernard Grech inkixef li huwa biss moħħu fis-siġġu tal-poter.
F’attività politika barra d-Dar Ċentrali huwa stqarr li għalih il-kampanja elettorali trid tkun mixja ta’ wasla.
U li għalhekk inkixef li qiegħed jara biss sal-mument li jitħabbar ir-rebbieħ bit-tama li jkun hu l-Prim Ministru.
Bernard Grech qal, “Pero din hija mixja, mhux mixja ta’ tluq imma mixja ta’ wasla.”
Fl-istess attività huwa reħielha kontinwament jappella lill-elettorat biex ma jabbandunax lill-Partit Nazzjonalista biex ikun jista’ jaqta’ xewqtu u jsorġi fuq is-siġġu tal-poter.
Grech qal, “Tabbandunax lil dan il-partit. Tabbandunax lil dan il-partit. Jiddependi biss minnek. Li inti toħroġ tivvota. Toħroġ tivvota lill-Partit Nazzjonalista.”
Ġimgħa qabel il-jum tal-votazzjoni u f’jum li fih saret il-votazzjoni bikrija l-Partit Nazzjonalista għażel li jerġa’ jitlob lin-nies jagħtuh id-donazzjonijiet.
Dan f’kampanja elettorali fejn għal aktar minn darba l-Partit Nazzjonalista bħal donnu kien iżjed iffukat dwar kif ser jieħu mingħand in-nies milli kif ser jagħti.
Hu rrimarka, “U l-appell tiegħi huwa, issa ngħaqad magħna kompli fil-maratona. Għinna.”