Kienet gazzetta indipendenti l-ewwel li żvelat kif il-Kap tal-Oppożizzjoni se jbiddel id-distrett elettorali tiegħu u jikkontesta fuq it-tnax-il distrett elettorali.
Il-Partit Laburista nnota li ssa għax inħoloqlu rebus intern u se jmur lura minn kelmtu, Bernard Grech irid iwaħħal fil-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista nnota li dalgħodu fil-Mosta, Bernard Grech ma ċċara xejn.
“Li ried Bernard Grech seta’ ċċaraha dalgħodu iżda m’għamilx hekk”, irrimarka l-Partit Laburista.
Għalhekk huwa ċar li għax inħoloqlu rebus intern li mar lura minn kelmtu.
Il-Partit Laburista saħaq li għadna fl-ewwel ġurnata tal-kampanja elettorali u diġà deher ċar li ma’ Bernard Grech ma tafx fejn qiegħed.
Għaliex Bernard Grech bil-kemm jiddeċiedi fuq distrett, mur ġibu jmexxi l-pajjiż.