Bernard Grech spiċċa dahru mal-ħajt meta mistoqsi dwar il-proposta tiegħu li n-nies jingħataw id-dritt ikollhom kont bankarju.
Dritt li ilu fis-seħħ f’pajjiżna sa mill-2018 wara direttiva Ewropea, il-‘Payments Accounts Directive’.
Dwar din staqsejna lil Bernard Grech li kif mistoqsi dwar id-direttiva ra fuq xiex ħa jaqbad jitkellem u jibdel id-diskors.
Kien għalhekk li spjegajnielu kif dak li qiegħed jipproponi diġà qiegħed fil-liġi Maltija.
Bir-risposta ta’ Grech tkun “imbilli”.
Saħansitra stqarrija tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA li tmur lura erba’ snin turi ċar u tond kif dan id-dritt li issa qiegħed iwiegħed Bernard Grech diġà huwa wieħed fis-seħħ u li minnu jgawdu l-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Filwaqt li dak li qiegħed iwiegħed saħansitra huwa inferjuri għas-sitwazzjoni preżenti, f’attività politika f’Birkirkara, Bernard Grech spiċċa jgħid li l-Partit Laburista qed jikkupjalu l-proposta.
Dan għalkemm il-Partit Laburista qiegħed jipproponi li l-kumpaniji privati u persuni self-employed, jkollhom id-dritt li jiftħu kont bankarju.