Bernard Grech ikkonferma li dawk li jaqilgħu l-inqas f’pajjiżna mhu se jtihom xejn.
F’konferenza tal-aħbarijiet, mistoqsi mill-midja fosthom ONE News u anki t-Times, il-Kap Nazzjonalista kkonferma li dawk li jaqgilħu l-inqas mhux ser ikunu qed jirċievu iċ-ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa li ta’ kull sena jibgħat Gvern Laburista.
Dan filwaqt li l-iskema ta’ tax credit li qed jipproponi Bernard Grech ma tolqotx lil dawk li qegħdin fuq il-paga minima.
Colin Deguara: “Fuq il-wegħda tiegħek tat-tax credit staqsejtek m’għandiex x’taqsam mat-trasport.”
Bernard Grech: “It-tax credit ovjament ikunu intiżi għal min ikun qed iħallas it-taxxa. Għal dawk li ma jħalsux taxxa għandna iktar inċentivi speċjalment fejn jidħlu x-xiri ta’ propjetà.”
Kien għalhekk li staqsejna lil Bernard Grech għaliex f’dan iż-żmien qed ineħħi din it-tip ta’ għajnuna lil min jaqla’ l-inqas iżda hawnhekk Bernard Grech spiċċa jirreferi għaċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa bħala gimmick.
Colin Deguara: “Jiġifieri tikkonferma li lanqas iċ-ċekk tar-rifużjoni m’huma ser jaqilgħu dawn, qed tneħħijulhom għal kollox.”
Bernard Grech: “Naħseb illi hawnhekk ifisser li allura anke inti minħabba li l-Partit Laburista….”
Colin Deguara: “Le le.. qed tipprova tantagonizza lill-ġurnalist Dr.Grech, qed tipprova tantagonizza l-mistoqsijiet tagħna u għadek kif ikkonfermajt li mhux ser tkun qed tibgħat ċekk ta’ rifużjoni..”
Bernard Grech: “Jiena mhux ser inkun qiegħed nagħmel din it-tip ta’ politika tal-gimmicks.”
AQRA WKOLL: