Evidentament imniggeż mill-allegazzjonijiet ta’ Robert Arrigo, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ħareġ stqarrija sabiex għal darb’oħra jgiddeb dak li kien qal l-eks Viċi Kap tiegħu.
Madankollu huwa kkonferma fil-fatt dak li qal Robert Arrigo, jiġifieri li r-rapport fil-konfront tas-Sindku tan-Naxxar Ann Marie Muscat Fenech Adami ilu lest ix-xhur.
Bernard Grech fl-istqarrija li ħareġ tefagħha fuq il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista hekk kif sostna li dan ddeċieda li jkun xieraq li l-każ ma jiġix ikkunsidrat minnu qabel l-elezzjoni ġenerali.
Mhux talli hekk, talli Bernard Grech implika lil Arrigo f’din id-deċiżjoni hekk kif qal li dan sar fuq is-suġġeriment tal-Eks Viċi Kap innifsu.
Sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qalulna li dan ġie deċiż biex il-Partit Nazzjonalista ma jibqax jidher mifni fil-ġlied propju ġimgħat qabel elezzjoni ġenerali.
Aqra wkoll: