Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fetaħ ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir kontra l-istazzjon nazzjonali fuq l-intervista li kellu fil-programm Insights ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda.
Il-Partit Nazzjonalista stess ikkonferma dan permezz ta’ stqarrija ffirmata mis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech.
Bernard Grech qed jgħid li l-ġurnalist ma kienx imparzjali u Grech ħass li kien żbilanċjat.
Fil-programm Bernard Grech deher evidentament skomdu jwieġeb il-mistoqsijiet li bdew isirulu mill-ġurnalist.
Fil-fatt Bernard Grech attakka lill-ġurnalist waqt il-programm.
Fil-programm il-Kap tal-Oppożizzjoni naqas jgħid xi proposti għandu għall-pajjiż.
Quddiem dikjarazzjoni li fiha saħaq li jkun iblah jekk jgħid il-proposti tiegħu, fil-programm li issa qed jilmenta li kien żbilanċjat kontrih, Bernard Grech qal li n-nies mhux se jivvutaw għalih illum u talab lill-ġurnalist biex iħallih.
F’mumenti minnhom spiċċa anki jipponta subgħajh u jsabbat fuq il-mejda.