Bernard Grech, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħa l-ġurament bħala membru parlamentari Nazzjonalista.
Dan wara li fil-jum tat-Tnejn, Ivan Bartolo irreżenja minn membru parlamentari biex ikun jista’ jagħmel l-ispazju għall-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-Parlament il-Prim Ministru Robert Abela qara mozzjoni sabiex tinħatar persuna oħra sabiex jimla’ l-vojt li ħalla warajh Ivan Bartolo.
Waqt is-seduta parlamentari spikka n-nuqqas ta’ 7 membri parlamentari partikolari fosthom; Mario Galea, Carm Mifsud Bonnici, Stephen Spiteri, Ryan, Callus, Clyde Puli u Godrey u Marlene Farrugia. Ta’ min wieħed jinnota li l-maġġoranza ta’ dawn il-membri parlamentari kienu jappoġġjaw sew u fil-beraħ lil Adrian Delia.