Bernard Grech spiċċa jiddefendi l-kawża li l-istrateġista tiegħu Chris Peregin fetaħ kontra l-istazzjonijiet politiċi.
Konxju li l-ingaġġ ta’ Peregin qajjem l-irwiefen mal-ħaddiema tal-midja Nazzjonalista, għaliex daħlilhom li min irid itellfilhom ħobżhom, ma’ ONE News, Bernard Grech spiċċa jmeri s-sewwa magħruf.
Kien hawnhekk fejn il-ġurnalist ta’ ONE News innota li l-għan prinċipali wara din il-kawża kien li jingħalqu l-istazzjonijiet politiċi iżda anke hawnhekk il-Kap Nazzjonalista baqa’ ma ħax pożizzjoni kontra din il-kawża.
Sorsi ta’ min joqgħod fuqhom mill-midja Nazzjonalista qalulna kif il-fatt li għal darba oħra Bernard Grech reġa’ għażel in-naħa tal-istrateġista tiegħu Chris Peregin, l-eks Kap Eżekuttiv tal-Lovin Malta, qajjem rabja fost il-ħaddiema.
Qalulna kif bil-pożizzjoni li ħa l-Ħadd dwar din il-kawża tefa’ dubju serju fuq il-ħaddiema tal-media.link dwar kemm il-Kap tagħhom ser ikun qed jipproteġilhom xogħolhom meta jiġu għas-si u n-no.