“Fil-Parlament Ewropew se nagħmel ħilti kollha, gwerra qaddisa biex nara li dawn in-nies posthom ma jkunx Kastilja.”“Jiena se nagħmel gwerra kontra tagħhom, bl-għodda kollha,li qatt m’użajt s’issa.”
David Casa – MEP Nazzjonalista
Dan kliem Casa f’din il-kampanja elettorali u dan kliem Bernard Grech is-Sibt filgħodu, li ddefenda lil Casa fuq gwerra qaddisa kontra l-Laburisti.
ĠURNALIST: “Meta jkollok diskors, ħa nikkwota lil David Casa, gwerra qaddisa, ħa nifqilhom lil dawn in-nies u nagħmel gwerra qaddisa. Ma taħsibx li hu diskors li jdarras?
BERNARD GRECH: “Mela, l-ewwel ħaġa tista’ ssejħilha kif trid il-gwerra.”
Grech kompla billi mplika għall-greylisting ta’ pajjiżna.
“Ejja nisperaw u naħdmu biex ma nerġgħux niġu greylisted.”
Bernard Grech – Kap Nazzjonalista
Lejliet li Malta kellha titpoġġa fil-greylisting, Bernard Grech kien kiteb ittra lil FATF kontra Malta u s-Sibt filgħodu beda jsemmi kif mhux bilfors tkun barra minn Malta biex taħdem kontra pajjiżek.
“Ma tmurx bilfors x’imkien biex taħdem kontra Malta.”
Bernard Grech – Kap Nazzjonalista
Fuq l-istazzjon tiegħu, Bernard Grech għamel sensiela ta’ attakki, kemm fuq il-Prim Ministru Robert Abela u anki l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija.
Dan l-attakk kompla wkoll fuq l-Ispeaker Anġlu Farrugia.
ĠURNALIST: “Qed titolbu li jkun hemm ir-rispett lejn l-istituzzjonijiet, imbagħad għax l-Ispeaker kien iddeċieda kontra l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista? Tikkritawh?
BERNARD GRECH: “Allura dejjem, allura dejjem.”
Bernard Grech kien nostalġiku u faħħar l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Lawrence Gonzi.
“Konna qed nagħmlu ħafna tajjeb.”
Bernard Grech – Kap Nazzjonalista
Bernard Grech qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista ta’ kuljum qed jissaħħaħ u reġa’ wera kemm it-8 ta’ Ġunju għalih ifisser li jibda t-triq biex ikun fil-Gvern.
“Hawnhekk hawn PN li kuljum qiegħed jissaħħaħ.”
Bernard Grech – Kap Nazzjonalista
“Immaginaw x’nistgħu nagħmlu mil-Gvern.”
Bernard Grech – Kap Nazzjonalista