Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li hu se jibqa’ hemm, b’referenza li se jibqa’ fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u mhux se jirriżenja.
Bernard Grech qal li hu se jmur quddiem l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista biex jitlob il-konferma ta’ Kap u mhux se jmur għal elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Bernard Grech qal li minkejja r-rebħa tal-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista għadu hemm.
Huwa kritika lil Gvern għaliex ta ċ-ċekkijiet ta’ stimulu mill-pandemija u tar-rifużjoni tat-taxxa, għaliex skontu dawn ingħataw waqt kampanja.