Fil-Kalkara, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech stqarr li f’pajjiżna m’hawnx ħelsien għaliex il-miljunarji m’humiex jattendu għall-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista.
Dan qalu waqt attività politika fejn sostna kif illum il-ġurnata n-nies saħansitra jibżgħu jagħmlu like fuq il-midja soċjali.
“Inti miljunarju imma imbagħad ma tħossokx komdu li tattendi attività ta’ partit li mhux il-Partit Laburista.”
Il-Kap tal-PN, Bernerd Grech
Però fl-istess attività, Ivan Castillo qal li hemm alternattiva.
“Din l-alternattiva jisimha Partit Nazzjonalista.”
Id-Deputat Nazzjonalista, Ivan Castillo
Id-diskorsi isteriċi komplew anki bid-dikjarazzjoni tas-Sindku Nazzjonalista tas-Swieqi, Noel Muscat li qal hekk.
“Qawwu qalbkom, ir-riħ tal-bidla qed jinħass u se jiġi żgur.”
Is-Sindku tas-Swieqi u kandidat tal-PN, Noel Muscat
Dawn id-dikjarazzjonijiet kienu kkumplimentati b’attakk fuq il-festival Mużika Mużika, imbuttat mis-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista li qabbel lil pajjiżna mal-Korea ta’ Fuq għax skontu l-libertà hija mhedda.
“Ikollok tisma’ l-propoganda partiġġjana bħal dak li jiġri fil-Korea ta’ Fuq.”
Is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Charles Bonello
Dan ma kienx l-uniku attakk li Bonello għamel il-Ħadd filgħodu, filwaqt li Noel Muscat stqarr li l-Laburisti għandhom xi ħaġa fid-DNA.
CHARLES BONELLO: “Minn marmalja Laburista.”
NOEL MUSCAT: “Dan-nies forsi huma fid-DNA tagħhom ma jafux jagħmlu mod ieħor il-pajjiż iġibuh għarwien.”