F’diskors konfrontattiv lejn kull min ma jaqbilx miegħu, fosthom lil min jappoġġja lill-Partit Laburista, l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech b’mod isteriku u fost ħafna għajjat, qal kif il-partit li jmexxi hu huwa l-partit tar-rebħiet.
“Dan hu l-Partit Nazzjonalista, il-Partit tas-soluzzjonijiet, il-Partit tar-rebħiet.”
Din id-dikjarazzjoni għamilha waqt li kien qed jattakka lill-Gvern u skontu dan ma jinvestiex fin-nies.
Qal hekk wara li kien hu li sal-aħħar jiem għadu jħeġġeġ biex il-Gvern jaqta’ l-għajnuna marbuta mal-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija.
Imbagħad kompla bl-għajjat solitu tiegħu talab għall-protesti fit-toroq.
“U nipprotestaw.”
F’aktar dikjarazzjonijiet konfrotattivi, Bernard Grech qal hekk.
“Se jarralkom.”