Fl-isfond t’aktar ġlied fil-Partit Nazzjonalista u pressjoni fuq il-Kap anki biex jagħmel li tgħidlu l-fazzjoni estrema fil-partit, Bernard Grech fuq il-programm XTRA fuq l-istazzjon nazzjoanali, saħaq li l-għaqda hi realtà fil-partit tiegħu.
“L-għaqda m’hijiex xi fairytale ta, l-għaqda hija realtà.”
Fl-istess programm qamet il-kwistjoni tax-Shadow Cabinet ta’ Grech fejn il-Kap ma tax portafoll lil Chris Said, lil Mario De Marco u Carm Mifsud Bonnici, bl-istess Beppe Fenech Adami sa ftit tal-jiem ilu jgħid li dak li għamel Bernard Grech kien żball kbir.
Iżda Grech wieġeb li dawn id-Deputati li ħallihom b’xejn, jitkellmu fil-Parlament, fosthom Mifsud Bonnici.
“(Carm Mifsud Bonnici) pero jitkellem fil-Parlament, bħal ma jitkellem Mario De Marco.”