Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech tenna li l-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt li ġej huma opportunità biex jissaħħaħ il-Partit Nazzjonalista.
Hu qal dan waqt attività politika Nazzjonalista fir-Rabat, Għawdex, fejn kompla juri kemm l-għan tal-Partit Nazzjonalista hu li, wara s-Sibt, ikun aktar viċin il-poter.
Qal, “F’dawn l-elezzjonijiet nivvotaw biex inkomplu nsaħħu lill-Partit Nazzjonalista.”
Mal-Kap Nazzjonalista, kompla d-Deputat Għawdxi Alex Borg, li sostna li l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali se jwasslu lill-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali.
Qal, “Ħalli mill-Elezzjonijiet tal-Kunsilli u tal-Ewropa nimxu verament għall-elezzjoni ġenerali.”
F’Għawdex, il-Kap Nazzjonalista kien ukoll ankrat fil-passat, kif kien tul din il-kampanja elettorali kollha kemm hi, fejn reġa’ semma lill-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono, waqt li qal hekk.
Qal, “Araw x’għamel il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern.”