Kull vot li ma jmurx għand il-Partit Nazzjonalista, anke jekk se jkun vot t’esperiment, se jkun ifisser li int tilgħab bil-futur politiku.
Qal dan il-Kap Nazzjonalista, Bernard Grech, f’diskors għal kollox diviżiv, waqt attività politika f’Marsaskala, fejn kien moħħu biss fl-elezzjoni ġenerali u fil-voti.
“Kull vot li ma jmurx għand il-Partit Nazzjonalista, anke jekk se jkun vot t’esperiment, se jkun ifisser li int tilgħab bil-futur politiku.”
B’ton negattiv, huwa qal li n-nies għandhom ikunu parti mis-suċċess ta’ din il-ġlieda.
“Ersqu ‘l quddiem ħalli intom tkunu parti mis-suċċess għal din il-ġlieda, għax fl-aħħar mill-aħħar, jekk nirbħu din il-ġlieda.”
Intant, Grech, qal ukoll li l-Gvern ħoloq l-inflazzjoni bil-COLA, bid-dibattitu, il-Ħamis li għadda fil-Parlament, juri bil-kontra, hekk kif il-Gvern semma numru ta’ miżuri li bihom jinvesti fil-poplu bħaż-żieda fiċ-children’s allowance, pensjonijiet, tax cut, is-sussidju fl-enerġija u l-fuels u l-mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja.