Bernard Grech ikkonferma li quddiem sfida fuq livell globali, huwa jitfa’ l-piż fuq in-nies bħal żmien GonziPN.
Dan meta kien mistoqsi dwar kemm huwa mħasseb bil-kriżi tal-enerġija u l-gass li qed tinħass madwar l-Ewropa kollha.
Iżda għal din il-mistoqsija Bernard Grech stqarr li kif fl-2008 u s-snin ta’ wara għolew il-prezzijiet u dawn jogħlew għal kulħadd.
Ġurnalist: “Fl-Ewropa qed naraw il-prezzijiet tal-elettriku u l-fjuwil qed jogħlew. Hawn kriżi tal-enerġija u l-gass. Kemm int imħasseb dwar dan?”
Bernard Grech: “Rigward il-prezzijiet. Meta l-prezzijiet bħalma ġara fl-2008, 2009, 2010, 2011 U 2012, jogħlew internazzjonalment, jogħlew għal kulħadd.”
Din kienet konferma oħra li quddiem sfida internazzjonali Bernard Grech jitfa’ l-piż fuq in-nies.
Dan hekk kif kien hu stess li għamel paragun mas-snin fejn il-Gvern ta’ Gonzi PN kien jgħid hekk.
“Mela toqogħdux tħarsu lura u tgħidu għax se jerġa’ jorħos għax mhux se jerġa’ jorħos. Mela rridu nidrawh.”
Dak li qal Bernard Grech jikkuntrasta bil-bosta ma’ dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela wara Summit mal-mexxejja Ewropej, li qed jirrifjuta li jħalli l-piżijiet jitgħabbew fuq in-nies.
“Issemma l-punt ukoll li huwa importanti li nipproteġu liċ-ċittadini tagħna miż-żieda fil-prezzijiet u għalhekk fil-fehma tiegħi jkun żball kardinali li f’dan il-mument ta’ rkupru ekonomiku ż-żidiet li ħa nkunu qed naraw fl-enerġija jinxteħtu fuq in-nies. U hemmhekk fejn qed naraw aħna wkoll bħala pajjiż li nintervjenu sabiex nibqgħu nżommu lil poplu tagħna protett minn dawn iż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija fl-istess li l-istess waqt fuq livell ta’ kummissjoni u ta’ Kunsill Ewropew aktar tard dan ix-xahar insibu soluzzjoni potenzjalment permanenti għal dan il-fenomenu li qiegħdin nesperjenzaw bħalissa” iddikjara l-Prim Ministru Robert Abela.