Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista aġixxa bl-istess mod bħal Gvern Laburista meta kien fil-Gvern u affaċjat minn kriżi.
Dan għalkemm kulħadd jiftakar lil Gvern Nazzjonalista jagħti ħames bozoz u vvota bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet tad-dawl filwaqt li kien jisħaq li l-kontijiet iridu jindraw.
Qal, “Imma irridu ngħidulu hawnhekk illi meta fil-pandemija qassam il-flus jew għen lin-nies kif suppost kellu jagħmel. Kif għamilna meta konna fil-Gvern meta kien hawn anki kriżijiet internazzjonali, bħal ma kien hawn kriżijiet tal-Libja. U għinna kull meta kien hemm bżonn.”
Hawnhekk saħansitra kompla jikkonferma li Bernard Grech bħal ta’ qablu jħaddan il-politika tal-awsterità. Dak li tul il-pandemija kien iqis bħala ħela, l-għajnuna li kienet qed tingħata lill-familji, issa stqarr li ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa u dak ta’ għajnuna addizzjonali intbagħtu biex il-Partit Laburista jgħaddi lill-Partit Nazzjonalista.
Qal, “Għax it-trust ratings u mhux it-trust ratings, imma sorry Andrew, jekk tassew it-trust ratings huma fir-realtà daqshekk b’saħħIthom, u jekk verament il-Partit Laburista għandu dan il-vantaġġ kollu. Għalfejn jibgħat iċ-ċekkijiet?”
Fl-istess diskors Bernard Grech kompla jkun il-wiċċ tal-passat u baqa’ jitkellem bħal donnu x-xemx telgħet fuq pajjiżna ma’ Gvern Nazzjonalista.
Qal, “Partit Nazzjonalista dejjem ħares ‘l quddiem, dejjem saħħaħ il-pajjiż, kellu viżjoni. Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien fil-Gvern u ħoloq il-ġid.”