Il-Ħadd waranofsinhar waqt protesta, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech reġa’ allega bix-xiri tal-voti.
Qal, “Berbaqhom, ħlihom, u użahom biex jixtri l-voti.”
Din mhijiex xi ħaġa ġdida li qed tingħad mill-Partit Nazzjonalista.
Sa jum qabel il-protesta, id-Deputat Nazzjonalista, Ivan J. Bartolo qal li hija ta’ żvintura li l-poplu ma fehemx kif għandu jivvota fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Fuq ir-radju tal-Knisja, Bartolo saħansitra qal li n-nies ma jifhmux.
Qal, “Allura n-nies jinxtraw b’ċekk ta’ €100, dak il-livell ta’ votant li għandna aħna. L-iżvintura ġiet li n-nies għadhom mhux qed jifhmu.”
Fid-diskors tiegħu, Bernard Grech infexx jgħajjat u attakka kemm il-darba lill-Prim Ministru Robert Abela.
Qal, “Għaliex jista’ jaqbad il-karozza tal-linja b’xejn.” (Il-folla tibuwja lill-Prim Ministru.”
Matul din il-protesta li suppost kienet dwar il-kwalità tal-ħajja, Bernard Grech kellu diskors li jixbah lil dak tal-għaqda Repubblika, immexxija minn ħu d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
Grech attakka lill-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà u kif ukoll lill-Avukat Ġenerali, Victoria Buttigieg.
Grech, kompla mal-messaġġ tal-fazzjoni li poġġietu Kap u kienu quddiemu fi Triq ir-Repubblika.
Qal, “Il-libertà reġgħet mhedda.”
Fil-protesta ma naqasx ukoll il-ġbir tal-flus bil-bramel.