Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech uża attività politika f’Ħaż-Żebbuġ it-Tnejn filgħaxija biex jattakka lill-Ispeaker Anġlu Farrugia.
Fost attakki fil-konfront tal-Prim Ministru, imbagħad il-Kap tal-Oppożizzjoni attakka lill-Ispeaker wara ruling li ta fil-Parlament fis-seduta tat-Tnejn.
U l-Ispeaker donnu ma fehemx.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech
L-attakki ta’ Bernard Grech fil-konfront tal-Ispeaker mhumiex iżolati.
Kemm-il darba attakkah meta jagħti deċiżjonijiet li l-Oppożizzjoni ma jogħġbuhiex.
Fl-aħħar attakk, it-Tnejn filgħaxija, l-Oppożizzjoni ħarġet ’il barra mill-Parlament, għax ma qablitx ma’ ruling dwar mozzjoni għad-diskussjoni marbuta mal-inkjesta maġisterjali fuq il-konċessjoni tal-isptarijiet.
Hawn il-Prim Ministru argumenta li, bil-mozzjoni tiegħu, Bernard Grech qed jistieden li l-Parlament jittrasforma ruħu f’Qorti. Hu żied jiċċara li l-Parlament mhuwiex il-Qorti u, bħala organu leġiżlattiv, m’għandux jasal għal deċizjonijiet li jmorru kontra l-liġijiet magħmulin minnu stess.