Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech mar barra Kastilja jippolitiċizza l-Covid-19.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-istunt politiku tal-Kap tal-Oppożizzjoni huwa offiża għall-familji tal-vittmi tal-Covid-19 li mhux interessati f’partiġġjaniżmu.
Il-Partit Laburista saħaq li l-preżenza ta’ Bernard Grech quddiem Kastilja juża l-imwiet għall-gwadann politiku tixhed kif Grech hu mhedi f’politika partiġġjana li tieħu gost bid-deni u ma tipproponi xejn.
Il-Partit Laburista fakkar kif filwaqt li pajjiżna jinsab fuq quddiem nett fl-Unjoni Ewropea jlaqqam lin-nies, il-kumitat ta’ politiċi li ħatar Bernard Grech ma ħariġx b’imqar proposta waħda ta’ kif niġġieldu aħjar din il-pandemija.
Il-Partit Laburista temm jgħid li kull jum li jgħaddi, Bernard Grech qed joħroġ bħala politiku bla prinċipji li jinteressah biss jilgħab politika partiġġjana, anke fuq materji tant sensittivi bħall-pandemija.